Permezz ta’ kitba fuq il-grupp publiku Love Island Malta - Discussion, membru tal-istess grupp qal, “Kyonne fuq Instagram għamel poll (għal siegħa biss biex tagħżlu bejn Racquel u Ylenia għat-tattoo l-ġdida tiegħu?”
Il-maġġoranza tal-kummenti qalu li għandu jagħmel isem Ylenia fejn kien hemm min anke semma li għandu jagħmel isem Noemi. Noemi tinsab f’relazzjoni mentri r-relazzjoni ta’ Ylenia u Kyonne spiċċat qabel uffiċjalment bdiet. L-istess tmur għar-relazzjoni qasira li kellu ma’ Racquel fejn damet ftit biss jiem li wkoll spiċċat qabel uffiċjalment bdiet.
Naturalment, din tista’ tkun ċajta ħelwa min-naħħa ta’ Kyonne imma jekk mhix, isem min għandu jpenġi fuq sidru? Dak ta’ Ylenia jew ta’ Racquel?
Facebook/Jessica Abela Balzan/Love Island Malta - Discussion