Kylie Coleiro mhux l-ewwel darba li qsamna mal-qarrejja tagħhna xi post li tkun tellgħat fuq il-midja soċjali. Dan l-aħħar fuq il-grupp The Beauty Game, il-kantanta qasmet storja personali. Hi tkellmet magħna u saħqet li tixtieq twassal aktar għarfien dwar il-kondizzjoni li għaddejja minnha bħalissa.

View this post on Instagram

A post shared by Kylie Coleiro (@kyliecoleiroofficial) on

"Mhux kulma jleqq hu deheb. Tħossok qatt inqas min ħadd għax kulħadd għandu l-istorja tiegħu. Dawn ir-ritratti forsi min jarahom jaħseb u jgħidlek illallu xi ġmiel, jew kellha ċ-ċans biex tilbes, tagħmel il-make up u xagħarha imma ħadd ma jaf x'mort nagġmel qabel dan u għaliex dan l=aħħar qed nuża ħafna extensions."

"Bl-anzjetà u stress qabditni l-alopeshia fejn waqgħatli patch kbira mhux ħażin, li qabel dan ir-ritratt proprju kont għadni kif tawni injections fil-basla tax-xagħarbiex ix-xagħar jitla' f'inqas żmien. Qed naqsam din l-esperjenza magħkom mhux biex titħassruni imma biex ħadd ma jaqta' qalbu..."

View this post on Instagram

A post shared by Kylie Coleiro (@kyliecoleiroofficial) on

Kylie tkompli tgħid li: "...illum hawn il-kura u wkoll ma niġġudikaw 'il ħadd għax ma tkunx taf minn xiex il-persuna għaddeja u l-aħħar u mhux l-inqas jekk tkunu għand il-hairdresser tiċċassawx lejn xi ħadd għax tarawlu xi patch... din tista' tiġri 'l kulħadd."

Aħna nirringrazzjaw lil Kylie li qasmet din l-esperjenza magħna u nittamaw li l-esperjenza tagħha sservi sabiex tgħin lil ħaddiehor li għaddejin min din l-esperjenza wkoll.

JJ Chircop - Facebook / Kylie Coleiro


Emil Calleja Bayliss