Kylie Coleiro, oħt Klinsmann illum qed tiċċelebra għeluq sninha u f'dan il-jum speċjali kitbet post ta' ringrazzjament mill-isbaħ! Kylie illum għalqet 27 sena fuq Facebook ħalliet dan il-kliem tassew prezzjuż.

"Nirringrazzja lill-Mulej li tani din l-opportunità li ngħix f'din id-dinja sa dan iż-żmien ukoll. Nħossni fortunata li mdawra b'nies b’enerġija pożittiva u li jħobbuni" ma' dan kollu żżid tgħid li huma jġegħluha tħossha li l-età hi biss numru.

Ritratt: Facebook / Kylie Coleiro

"Matul din is-sena nħossni ferħana wkoll li irnexxieli niltaqa' ma' ħafna nies fejn fostkom sirtu ukoll ħbieb tiegħi. Kelli l-opportunità li nkanta f'diversi avvenimenti li għalija hu ta' sodisfazzjon kif ukoll irnexxili nkompli l-istudji tiegħi għat-tieni sena ġewwa l-Università."

Grazzi lil kull min għeni f’ħajti u li dejjem sibthom hemm. Meta ngħid għeni f'ħajti, jinkludu wkoll sponsors tal-ħwejjeg, make up, xagħar u dawk kollha li jemmnu fit-talent tiegħi u dak kollu li jagħmel lili jien kif jien. Grazzi mil-qalb.

Ritratt: Facebook / Kylie Coleiro

Hi tispiċċa l-messaġġ billi tgħid li wieħed għandu jxerreq l-imħabba u mhux il-mibgħeda! Awguri mill-qalb Kylie, f'isem Gwida.mt nixtiequlek dak kollu li tixtieq qalbek u kompli xerred il-pożittività!

Facebook / Kylie Coleiro


Emil Calleja Bayliss