Il-kantanta lokali Kylie Coleiro m’għandha bżonn l-ebda introduzzjoni. Fuq il-profil tagħha ta’ Instagram tefgħet ritratt tagħha quddiem l-ajruport internazzjonali ta’ Malta qabel ma telqet lejn il-pajjiż lussuż ta’ Dubai. Kylie dehret bi tbissima mill-isbaħ u kitbet erba’ kelmiet li fihom x’togħmod!

View this post on Instagram

A post shared by Kylie Coleiro (@kyliecoleiroofficial) on

Saħqet li fil-ħajja l-avventura hija importanti. Huwa essenzjali li wieħed igawdi l-ħajja u joħloq memorji ġodda u sbieħ. Issoktat tgħid li wieħed għandu dejjem jgħid iva għal xi sfida u għal dak li għadu ma jafx. Kompliet tgħid li l-kreattività u l-immaġinazzjoni huma ingredjenti essenzjali fil-ħajja tal-bniedem. 

U xi ngħidu għall-ilbies li liebsa? Fil-fehma tagħna, il-kulur blu tassew jixraqilha! Kylie saħqet li mhijiex imdorrija tilbes suits imma f’din it-tibdila ħassitha komda għax tixraq il-figura tagħha. Jidher biċ-ċar li Kylie ma tagħtix kas biss ta’ kif tidher, iżda tħoss ukoll li huwa importanti li wieħed iħossu komdu f’dak li jilbes. 

Tajjeb ngħidu li Kylie toqgħod ħafna fuq l-opinjoni li jgħidulha s-segwaċi tagħha. Tant hu hekk li mid-dehra, il-kulur tas-suit intlaqat tajjeb ħafna! Dan għaliex waqt li kienet qiegħda ddur fid-Dubai Mall, xtrat kulur ieħor mill-istess suit. Mhux biss... imma xtrat ukoll flokk li jaqbel mal-istess tibdila u marret malajr malajr tbiddel ħalli żżanżan il-ġdida wkoll! 

View this post on Instagram

A post shared by Kylie Coleiro (@kyliecoleiroofficial) on

Aħna ta’ Gwida.mt naqblu li ż-żewġ kuluri jixirqulha iżda lil hinn mill-ilbies, tbissima bħal ta’ Kylie tirbaħ fuq kollox!


Gwida.mt