Lil Kyle Cutajar ilna ħafna nisimgħu bih - magħruf ħafna għall-fatt li wara li nqala’ mill-ewwel staġun ta’ X Factor Malta, rritorna fit-tieni staġun u rnexxielu jasal sal-finali. Jidher li minn dak inhar ’l hawn kiseb eluf ta’ fans - u ħa ngħidilkom, bir-raġun!
Evidenti ta’ dan kollu żgur kienet l-istedina li kellu llum mill-iskola Sekondarja tan-Naxxar u l-iskola Primarja taż-Żurrieq. Kyle qal li ħa ħafna gost jiltaqa’ mat-tfal u jkanta fuq il-palk tal-iskejjel.
Fir-ritratti jidher ukoll li t-tfal - li libsu l-kostumi biex jiċċelebraw il-Karnival, telgħu miegħu fuq il-palk biex ikantaw! Naħseb għal Kyle din żgur kienet attivita oħra li mlietlu qalbu bil-ferħ u li żgur mhux se jinsa.