Natalya Galdes kienet il-mudella li din is-sena spiċċat fit-tieni post f’Miss World Malta, Natalya mhux wiċċ ġdid għax-xena lokali. Deheret f’konkorsi oħra matul iż-żmien u anke għamlet żmien tkanta, għalkemm ilna xi ftit ma narawha f’din ix-xena.
Jidher li Natalya għalkemm kienet daqshekk viċin li tirbaħ dan il-konkors ta’ sbuħija, dan l-aħħar għamlet rebħa kemxejn differenti minn dik tal-imudellar. Rebħa, kif qed insejħulha aħna fl-imħabba hekk kif bdiet toħroġ ma’ Clayton, wieħed mill-membri tal-grupp famuż lokali, The Travellers. Il-grupp Malti, li dejjem jagħtina kanzunetti mill-aqwa bil-lingwa Maltija.
Wara li spiċċat fit-tieni post f’Miss World Malta, Natalya qalet lil Clayton kemm tħossha xxurtjata li għandha lilu f’ħajjitha u rringrazzjatu tas-sapport kontinwu tiegħu u talli kien parti minn din l-avventura tagħha f’dan il-konkors prestiġġjuż.
Dan l-aħħar Clayton iċċelebra għeluq sninu, u nistgħu ngħidu li Natalya ħallietlu post ħelu biex tawguralu f’dan il-jum. It tbissima f’dawn ir-ritratti li tistgħu taraw f’dan il-post hawn taħt tixhed l-imħabba sinċiera ta' dawn it-tnejn.
F’isem Gwida.mt nawguraw lil koppja aktar u aktar jiem, xhur u snin feliċi flimkien. Awguri.
Facebook / Natalya Galdes