Is-sit Times of Malta rrapporta li total ta' kważi €1 miljun tħallsu f’multi minħabba l-użu tal-mowbajl waqt is-sewqan fl-2021.

L-informazzjoni jidher li ngħatat mill-Ministru Byron Camilleri fi tweġiba għal mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo. Camilleri qal li tħallsu sa €971,781.52 għal 9,599 kontravenzjoni tal-użu tal-mowbajl.

Il-multi għall-użu tal-mowbajl waqt is-sewqan żdiedu fl-2016, meta kienu nħarġu 11,145 multa bħal din. Imbagħad, il-multa kienet żdiedet minn €23.29 għal €100.

Il-kontravvenzjoni ġġib ukoll penali ta’ bejn tlieta u sitt punti.


Kyle Zarb