Il-preżentatur tar-radju Nathan Darmanin, magħruf bħala Nate, għadu kemm ħabbar aħbar li ssorprendiet lil ħafna! Hu kiteb, "Il-ġimgħa li għaddiet immarkat it-tmiem ta’ waħda mill-itwal sħubijiet u l-aktar sinifikanti fil-karriera tiegħi – kważi disa’ snin ta’ programmi tar-radju waslu fi tmiemhom. Ma kinitx eżattament id-deċiżjoni tiegħi, imma kultant il-ħajja għandha l-pjanijiet tagħha stess, u lkoll nikbru u ninbidlu b'modi li m'għandniex kontroll fuqhom."

Nathan jikteb li l-memorji huma ħafna f'dan il-vjaġġ u ser jgħożżhom. Kien xtaq li seta' jkun vjaġġ itwal. "Din hi diffiċli, probabbilment l-akbar breakup li kelli niffaċċja, għax tassew ħabbejt dak li għamilna, u dejjem ittamajt li stajna nibqgħu għaddejjin għal ħafna aktar." Żgur li ħafna huma diżappuntati b'din l-aħbar.

Aġġornament: Fi story fuq Facebook Nate kkonferma li hu se jkun qed ikompli bil-vjaġġ tiegħu fuq VIBE FM iżda milli jidher mhux se jkun flimkien ma' Frank Zammit u Valentina Rossi. Jidher li dan hu t-tmiem ta' dan it-trio tant maħbub fuq il-mezzi soċjali. 

Facebook/ Vibe FM


Gwida.mt