Il-paġna REACH ippubblikat messaġġ li ħalliet għalliema tal-PKindergarten, fejn tikteb,

"Kważi diġà għaddiet ġimgħa, għażiża Bernice u bħal donnu l-pajjiż ġà kwiet. Imma mhux moħħi. Moħħ bħal tiegħi ma jistrieħx. Ma kontx nafek Bernice, imma ismek nibqa ngħidu."

L-għalliema tkompli, "U għalkemm ma nafekx, ta' spiss kont fuq moħħi. Stenbaħt mhux darba bil-lejl kemm ilek li tlaqt int hekk kiesaħ u biered, għax nasal ngħidlek li kieku jien ma sibtx il-vera mħabba, minflok kont int il-vitma Bernice, stajt kont jien."

Tista' tifhem li Bernice xtaqet tittama li l-affarijiet jitranġaw, iżda sfortunatament meta ħadet il-passi, ħadmet kontriha. Issemmi kemm hemm bżonn ta' iktar għarfien dwar il-perikli li jeżistu f'ċerti persuni.

 "Ippermettili nistaqsi għażiża Bernice, għaliex persuna tasal li tikkontrolla persuna oħra? Kif jista bniedem jipprova jżomm kontroll, awtorità jew setgħa fuq ħaddieħor? Controlling behaviour, guilt-tripping, gaslighting, narcissism u ħafna personality disorders oħrajn. Għalfejn fuqhom dawn m'hemm l-ebda għarfien?"

Hi tagħlaq bil-messaġġ, "Din għalik Bernice, vitma t'abbuż u vjolenza domestika, għalik li bagħtejt fis-silenzju. Għalik, li fl-aħħar, għax sibt il-kuraġġ u tlaqt, sfajt maqtula."

Strieħ fis-sliem Bernice. Għal dejjem f'qalbna.


Gwida.mt