F'intervista li kellu mas-sit Times of Malta d-DPM U Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, qal li issa għadu mhux iż-żmien li jiġu rilaxxati l-miżuri u r-restrizzjonijiet. Il-każijiet pożittivi għadhom tilgħajn, u għad hemm diversi fatturi x'wieħed jikkunsidra qabel tittieħed id-deċiżjoni li jitnaqqsu l-miżuri.

Jidher li Ftit inqas minn 1.5% tal-każijiet pożittivi li għandna f'Malta huma pazjenti li ddaħħlu l-isptar għall-kura. Madanakollu kif ikkonfermaw l-awtoritajiet ukoll, il-vaċċinazzjoni hi dik li qed tkisser ir-rabta li hemm bejn il-każijiet pożittivi ta' kuljum, u l-każijiet ġewwa l-isptar jew l-ITU. 

Fearne qal waqt l-intervista li kważi 90% tal-popolazzjoni tinsab imlaqqma, u meta tintlaħaq dik iċ-ċifra, hemm inkunu nistgħu ngħidu li lħaqna xi tip ta' normalità. Fearne jitkellem ukoll dwar kif f'temp ta' xahar minn 25 każ attiv, kważi wasalna għall-2500, u jsostni li dan kollu ġie kkawżat mill-varjant Delta li qed jinxtered dejjem aktar madwar id-dinja.

Fearne żied ukoll jgħid li ħafna mill-miżuri u restrizzjonijiet huma l-aktar fis-seħħ għal dawk ir-residenti barranin li għadhom mhux imlaqqma, biex sakemm jirċievu l-vaċċin, ikollna aktar protezzjoni. Ċerti miżuri u restrizzjonijiet kapaċi jiġu rilaxxati meta ma jkun hemm l-ebda rabta bejn il-każijiet pożittivi li jkollna u l-każijiet fl-isptarijiet. 


Kyle Zarb