Ir-rispons għall-programm Kuxjenza ta' Maria La Barokka Muscat huwa enormi. Il-preżentatriċi qed tirċievi ħafna messaġġi minn nies li jkunu jixtiequ jaqsmu esperjenza jew sitwazzjoni li jinsabu fiha.

"Ħafna nisa li jbatu mill-kundizzjoni Fibromyalgia talbuni nagħmel programm, u hekk se nagħmel.  Ħafna minnkom kellimtuni..min irid jagħmel kuntatt miegħi u jrid jitkellem, ibgħatuli hawn, jew pm.  Kuxjenza qiegħed hemm biex iwassal sitwazzjonijiet li hemm bżonn ta' iktar kuxjenza dwarhom."

Prosit kbira lil Maria li tant qed tkun ta' spalla għal persuni li għaddew jew għaddejjin minn kwalinkwe tbatija. Kuxjenza jixxandar kull nhar ta' Ġimgħa fis-19:05 fuq TVM News+

Maria tgħaddi anke diversi messaġġi pożittivi permezz tal-kontenut tagħha fuq il-midja soċjali.


Kyle Zarb