Kurt Anthony u Kelly Moncado b'Vidjow Mużikali Flimkien

Kurt Anthony u Kelly Moncado jippublikaw vidjow mużikali ta’ cover version tad-diska Arcade li biha l-Olanda ġiet inkurunata rebbieħa tal-Eurovision ta’ din is-sena. 





Kurt Anthony u Kelly Moncado, żewġt kantanti li kemm-il darba esprimew l-imħabba tagħhom għad-dinja mużikali, huma żewġt parteċipanti tal-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta. 



Fil-post li għamel Kurt Anthony meta ġiet ippublikata din il-cover version, hu stqarr li jinsab kburi bil-ħbiberija tiegħu ma’ Kelly u ddeskriva dan il-proġett bħala l-akbar kollaborazzjoni tiegħu f’kemm ilu li beda l-vjaġġ mużikali tiegħu. Hu spjega kif kemm hu kif ukoll Kelly xtaqu li jagħmlu dan il-proġett mill-ewwel darba li semgħu din id-diska.

Id-diska oriġinali kienet interpretata minn Duncan Laurence, il-parteċipant f’isem l-Olanda għall-Eurovision ta’ din is-sena. 

Marlon Polidano

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI