Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, kitbet kelmtejn mill-isbaħ b’dedikazzjoni lil Bjorn u Maria Formosa tal-ħidma tagħhom.
“Kuraġġ. Ispirazzjoni. Imħabba. Dar bjorn li għadha kif fetħet f'Ħaż-Żebbuġ hi xhieda ħajja ta' kif nistgħu nagħtu tama lin-nies għal futur aħjar,” hi kitbet.
“Bjorn Formosa u Maria jaħdmu bla heda u b'tant għożża biex joffru dinjità u ħajja aħjar.
Meta ngħataw il-Premju taċ-Ċittadin tal-Parlament Ewropew ftit tas-snin ilu, aħna wegħdna li nibqgħu nappoġġjaw inizjattivi u fondi għar-riċerka u kura tal-pazjenti. Għalhekk ġejt Ħaż-Żebbuġ - biex nirrangrazzjahom tax-xogħol siewi li jagħmlu ta' kuljum, u biex ngħidilhom li l-ħidma tagħhom f'pajjiżna se tkompli tixpruna azzjoni fuq livell Ewropew.”
Facebook/Roberta Metsola