Għalkemm bħalissa għaddejjin minn żminijiet diffiċli fuq livell globali, dejjem tajjeb li nħarsu lejn il-pożittiv. Tkun xi tkun is-sitwazzjoni, żmien il-Milied kulħadd ikun qed jistennih. Kont taf li kull m’għad fadal hu 19-il ġimgħa oħra biss sal-25 ta’ Diċembru 2020?

christmas

Dan jaf ikun żmien biex ngħidu din is-sena għaddiet, forsi s-sena 2021 tkun aħjar għalina kollha. Il-Milied ta’ 2020 jaf ikun differenti mis-soltu. Imma tkun xi tkun is-sitwazzjoni, importanti li nżommu f’moħħna li l-aktar elementi importanti huma l-familja, l-għaqda u l-ferħ li jġib miegħu dan iż-żmien.

valletta

Naturalment, dejjem ikun aħjar li niċċelebraw, noħorġu u nattendu bosta attivitajiet tal-Milied li jaraw eluf ta’ nies. Imma din is-sena, il-Milied jaf jgħallimna mod ieħor.


Nicole Barbara