Ilbieraħ fuq X Factor Malta rajna lil Ivan Gaffiero fi rwol li ftit rajnieh fih, dak ta' kantant. Il-ġurija kellhom kummenti sbieħ fuq Ivan imma sfortunatament ma għaddhiex għall-fażi li jmiss.

Dalgħodu Ivan ħalla messaġġ fuq il-mezzi soċjali. Hu kiteb, "Grazzi lil kulħadd m'għandix kliem li wara ftit ħin il-mobile ma jistax jieqaf bil-messaġġi sbieħ. Kuntent xorta waħda u żgur li mhux sa ninżel tarġa imma anzi tlajt tarġa għax ma qtajtx qalbi u mort u ħadt sehem."

Ivan kompla jgħid, "Grazzi lill-producers għax vera organizzati. Ħassejtni vera artist. Grazzi lil judges però fuq kollox għalija intom il-judges ta' hemm barra bil-kummenti tant sbieħ. Grazzi u awguri lil dawk kollha finalisti."

Awguri dejjem Ivan u prosit talli dejjem tferraħ tant u tant nies.

Facebook / Gaffiero Ivan


Emil Calleja Bayliss