Il-kunċert annwali fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Cecilja organizzat mill-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda din is-sena ser jittella’ nhar il-Ħadd 3 ta’ Diċembru fis-19:00 fit-Teatru Manoel, taħt il-patroċinju tal-E.T. George Vella, President ta’ Malta.

Il-kunċert mużikali se jittella' mill-Banda Ċittadina Sliema taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Lesley Tabone. Din is-sena l-kunċert se jimmarka i-100 Sena Anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetà Filarmonika Sliema li kien iċċelebrat matul din is-sena.
Il-mużika li se tindaqq hija waħda impenjattiva ferm, kemm ta’ kompożituri lokali (bħal l-eks surmastrijet diretturi tal-Banda Sliema Joseph Galea u Ronnie Debattista u oħrajn b’rabta ma’ din is-soċjetà Joseph Magri u Joseph Sammut), kif ukoll barranin (bħal Gustav Mahler, Lorenzo Pusceddu, Willy Hautvast, Alexander Borodin, Jacob De Han u Cardenio Botti, kompożitur tal-popolari Inno Sliema bic-Celebre Marcia rregalata minnu lil din is-Soċjetà.)

Ritratt: Facebook / George Vella
Id-dħul għal dan il-kunċert huwa mingħajr ħlas u l-biljetti jistgħu jinkisbu billi wieħed iċempel fuq 9944 3460 jew 9944 7434 jew tintbagħat email lis-Soċjetà Filarmonika Sliema fuq [email protected] .
Facebook / Teatru Manoel