Fis-sebgħa ta’ Diċembru se jsir kunċert ‘A Versatile Christmas’ fejn ser naraw prestazzjonijiet u nisimgħu vuċijiet differenti ta’ kantanti bħal Pamela Bezzina, Christine Dalli, Nadia Vella, Martina Borg u Adrian Galea Lucas, bil-preżenza tal-Versatile Brass Band. Kunċert li se jkun immexxi mill-bravissimu Antoine Farrugia.

Iċ-CEO tat-Teatru Manoel spjega kif għal din is-sena kienet diffiċli li tiġi mtella’ l-pantomima u għalhekk kellhom joħorġu b’xi ħaġa oħra speċjali relatata mal-Milied.

Il-programm ta’ dan il-kunċert se jkun mimli b’varjeta ta’ mużika li ser tpaxxi widnejn dawk li jattendu dan l-avveniment fit-Teatru Manoel.

Dawk interessati li jattendu jistgħu jagħfsu HAWN sabiex jakkwistaw il-biljetti tagħhom.


Henzley  Bezzina