Portal tal-aħbarijiet lokali tella’ artiklu dwar kif iben Superman huwa bisesswali. Din mhix l-ewwel darba li karattru tal-komiks kien LGBTIQ+, imma f’Malta għadna sekli wara.

Għalkemm aħna magħrufin bħala nazzjon li jaċċetta nies LGBTIQ+, il-mijiet ta’ kummenti miktuba fuq dan l-artiklu juru mod ieħor!

Ħafna kitbu li qed noqorbu lejn it-tmiem taż-żminijiet (għax l-orjentazzjonijiet sesswali jikkawżaw apokalissi apparentament). 

Oħrajn kitbu li issa l-komunità LGBTIQ irritatat lil kulħadd. Madankollu l-akbar amont ta’ kummenti qalu li affarijiet bħal dawn qed jeqirdu u jimmanipulaw l-imħuħ tat-tfal (għax apparentament karattri tal-komiks jiddeterminaw is-sesswalità anke jekk huwa xjentifikament ippruvat li n-nies jitwieldu hekk).

Ikun xokkanti għal dawn in-nies li jkunu jafu li ħafna mis-supereroi tagħhom bħal Wonder Woman, Deadpool u Wolverine fost oħrajn, huma LGBTIQ+.


Bernard Xuereb