Danita ta’ ‘One Chick and a Yorkie’ tkellmet fuq sitwazzjoni li sfortunatament tiġri lil ħafna persuni. Hi qalet li issa li r-responsabbiltajiet żdiedu bilkemm għadha ssib ħin għall-kelb tagħha.

Din tiġri ta’ spiss għax l-annimali domestiċi jirrikjedu ħafna ħin u attenzjoni. Infatti Danita qalet, “kont inkellmu l-ħin kollu, issa hemm Lenny u l-ħin irid jinqasam!” Hi tħossa ħatja li l-ħin mal-kelb tagħha naqas ħafna speċjalment meta qabel kienet toħorġu kuljum. Għandha raġun tħossha hekk għax mhux faċli li tinqasam f’mitt biċċa biex tlaħħaq ma’ kollox!

Intom ġieli ħassejtukom hekk?


Shanice Ahar