Lulu Arpa mill-paġna lokali Rescued is my Favorite Breed taqsam l-istorja ta' kelba li fl-aħħar sabet l-imħabba li dejjem kien ħaqqha minkejja l-isfidi li għaddiet minnhom.

Lulu tikteb, "Hi kienet waħda mill-28 kelb li ġew ikkonfiskati mis-Servizz għall-Ħarsien tal-Annimali Malta is-sena l-oħra, fil-bidu ta’ April, minn sitwazzjoni tal-waħx. U madanakollu, kulma tatna matul iż-żmien li qattgħet magħna kienet imħabba... u issa wasal iż-żmien li tirċieviha lura, kif dejjem kien jistħoqilha!"

Hi żżid, "Għażiża Opera, il-kliem ma jistax jesprimi kemm aħna kuntenti għalik. Simon u Netty, intom nies tassew meraviljużi, grazzi talli ftaħtu qalbkom għal Opera. Grazzi lit-tim kollu, b’radd il-ħajr speċjali lit-tim tal-infurzar tal-Animal Welfare, lit-tobba tal-annimali u lill-infermiera, li ħadmu ħafna biex jieħdu ħsieb id-28 kelb kollha fl-istess ħin, u lit-tim kollu fis-Sezzjoni tal-Klieb, kemm l-istaff kif ukoll il-voluntiera, b'ħajr speċjali lil Maria Pia Serra – mingħajrek, Opera ma kinitx issib lil Simon."

Hi ttemm, "Grazzi lil kulħadd. Gawdi ħajtek għażiża tagħna. Qatt aktar ma' katina u f’dik il-miżerja, qatt aktar. Inħobbuk."

Facebook / Rescued is my Favorite Breed - Lulu Arpa


Emil Calleja Bayliss