Il-Kamra tal-Ispiżjara ta' Malta dalgħodu qasmet l-aħbar li l-ġidri tax-xadini magħrufa aħjar bħala l-monkeypox trid tiġi rrapportata lill-awtoritajiet tas-saħħa. Huma kitbu, "Il-Monkeypox żdiedet mal-lista ta’ mard notifikabbli, li jfisser li kull min ikun infettat huwa meħtieġ li jinforma immedjatament lill-awtoritajiet. Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika żiedet il-virus infettiv mal-lista ta’ mard li jeħtieġ notifika."

Mis-16 ta' Mejju 2022, il-ġidri tax-xadini inxterdet f'diversi pajjiżi fosthom ir-Renju Unit, l-Istati tal-Unjoni Ewropea, u l-Amerika ta' Fuq. Mill-20 ta’ Mejju 2022, kien hemm total ta’ 38 każ ikkonfermat irrappurtati madwar id-dinja, li 37 minnhom ma kellhom l-ebda vjaġġar lejn pajjiżi endemiċi.

Din hija l-ewwel darba li hemm numru ta' trażmissjoni huma rrappurtati fl-Ewropa mingħajr rabtiet epidemjoloġiċi magħrufa mal-Afrika tal-Punent jew Ċentrali. Il-virus tal-ġidri tax-xadini huwa meqjus li għandu trażmissjoni moderata fost il-bnedmin u jista' jiġi trażmess permezz ta' qtar u/jew kuntatt ma' feriti infettati.

Facebook / Medical-Online


Emil Calleja Bayliss