Illum taħbat il-ġurnata speċjali ta' artist li seraq il-qlub ta' kulħadd sentejn ilu waqt X Factor Malta fl-ewwel staġun - Owen Luellen! Il-messaġġi tal-awgurju u xewqat sbieħ ma waqfux, u fost l-ewwel li awguratlu kien hemm ommu Rita!

"Nixtieq nawgura xewqat sbieħ f'għeluq snin ibni Owen Luellen. Kull ma nista' ngħid li int iben, ziju, ħabib, ħu, artist u aktar qalbi. Kemm jien kburija li jien ommok!", kitbitlu flimkien ma' għadd ta' ritratti mill-passat. Fuq il-midja soċjali xerrdet diversi prestazzjonijiet ta' Owen għall-okkażjoni fosthom dawk ta' X Factor Malta. "M'għandix kliem biex ngħid kemm inħobbok", kitbitlu fuq waħda minnhom.

Ftit qabel għeluq sninu, Owen għadu kif nieda l-ewwel album tiegħu Dreams, li fi minnufih qed jagħmel suċċess enormi (Idħol HAWN biex tisimgħu). Minn qalbna nawgurawlu aktar snin ta' saħħa, kuntentizza u aktar suċċessi!


Kyle Zarb