Il-kantant Kevin Borg illum kiteb messaġġ emozzjonali biex juri kemm tassew huwa grat li tant nies jifirħulu u jiġu għall-kunċerti tiegħu.

Hu kiteb, “Vera nħossni emozzjonat bl-ammont ta’ messaġġi sbieħ li qed nirċievi dwar it-tour li qed nagħmel fl-Isvezja.  In-nies jivvjaġġaw sigħat twal għall-kunċerti tiegħi u vera jagħmluni ferħan. Kull ma nagħmel, nagħmlu minn qalbi mingħajr ma nistenna ħafna lura u għalija l-iktar ħaġa mportanti mhix li l-post ikun mimli imma li n-nies li jiġu l-kunċert ikollhom esperjenza sabiħa u jitilqu b’memorja prezzjuża li jibqgħu jiftakru għal żmien twil. Grazzi lill-Isvezja u grazzi lil Malta tal-appoġġ.”

Ma tistax ma tapprezzax kemm hu persuna ġenwina Kevin Borg. Aħna tassew onorati li kantant Malti qed jagħmel tant success mhux biss fi gżiritna imma anke barra minn xtutna tant li ħafna anke jivvjaġġaw sigħat twal għall-kunċerti tiegħu.

Facebook / Kevin Borg


Gabriella Borg