Id-dar tal-annimali ‘Noah’s Ark’ xerrdet l-istorja tal-kelb Sam bit-tama li tgħallimna kif kollox huwa possibbli ma’ dawn l-annimali meta jkollna biżżejjed paċenzja magħhom.

Huma użaw il-kliem bl-Ingliż from rags to riches li tfisser li Sam ma kellu xejn u issa sar sinjur.

Spjegaw, “Sibna lil Sam abbandunat jiġri barra t-toroq tas-Santwarju tagħna u dam ftit biex jibda jafdana ħalli aħna nkunu nistgħu ndaħħluh u nibdew ngħinuh. Kemm aħna ferħanin li kollox mexa b’wiċċ il-ġid għalih u issa għandu dar sigura u mimlija mħabba kif ukoll ċans ġdid biex jibda mill-bidu. Kull m’għandhom bżonn hu mħabba u paċenzja u li nemmnu fihom. Lura huma jagħtuna d-dinja.”

Kemm hi xi ħaġa sabiħa li dawn il-klieb qegħdin jesperjenzaw imħabba ġenwina!

Facebook / Noah's Ark Dog Sanctuary Volunteers


Gabriella Borg