Madwar ħmistax ilu, iż-żagħżugħ Jake Vella flimkien ma' Fabio Spiteri organizzaw għawma b'risq AAA Malta. Din l-għawma kienet mill-gżejjer ta' San Pawl għas-Simenta ta' San Pawl Il-Baħar viċin il-Bajja tal-Għażżenin b'distanza ta' madwar 1.7K.

Ritratt: Facebook / Association for Abandoned Animals

Wieħed jista' jgħid li dan l-avveniment kien ta' suċċess, mhux għax Jake u Fabio flimkien mal-għawwiema temmew din l-għawma b'suċċess imma għax irnexxielhom jaqsmu minn naħa għall-oħra. Huma għamlu dan filwaqt li ġabru €1,800 waqt din l-attività ta' ġbir ta' fondi f'isem is-santwarju u l-klieb residenti hemm. €1,000 ieħor ġie mogħti lil AAA Malta minn Hill's Pet Food.

Il-maniġer ta' dan is-santwarju Rosalind Agius fakkret li dawn is-santwarji jimxu biss fuq donazzjoni tal-pubbliku u minn attivitajiet organizzati ta' ġbir ta' fondi. Bħalissa is-santwarju ta' Birżebbugia jinsab mimli bi klieb li ġew abbandunati. Attività bħal din tgħid Rosalind hi apprezzata ferm.

Ritratt: Facebook / Association for Abandoned Animals

Wieħed dejjem jista' jgħaddi d-donazzjonijiet tiegħu b'SMS fuq 5061 7350 għal € 2.33, fuq 5061 8060 għal € 4.66, fuq 5061 8910 għal € 6.99 u fuq 5061 9200 € 11.65. Mod ieħor li wieħed jista' jgħin lil AAA Malta hu b'donazzjoni ta' €30.00 fis-sena fejn tkun qed tkun sponsor ta' kelb minn tagħhom.

Il-missjoni tagħhom hi is-salvataġġ tal-klieb, li joffrulhom saqaf fuq rashom u ċ-ċans li jsibulhom familja. Jekk forsi qed tagħmel ħsieb biex taddotta xi kelb, l-AAA Malta hu l-post ideali!


Emil Calleja Bayliss