Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri kiteb messaġġ lill-Għawdxin li nqabdu Malta lbieraħ stess minħabba l-maltemp. Hu kiteb, "Infurmat b’xi ħaddiema Għawdxin li se jinqabdu Malta minħabba li waqaf is-servizz tal-Gozo Channel."

Hu kompla, "Filwaqt li niskużaw ruħna ta’ dan l-inkonvenjent, kull ħaddiem li nqabad Malta jista’ jorqod il-lejl f’lukanda fl-akwati u iżomm l-irċevuta. Infurmati li kemm ir-Riviera Hotel kif ukoll il-Paradise Hotel għandhom kmamar disponibbli u infurmati b’dan l-arranġament. Aktar 'il quddiem jidħol fis-seħħ il-mekkaniżmu ta’ rifużjoni permezz tal-App MyGozo."

Inizjattiva tajba speċjalment minħabba l-fatt li dan ma kien fil-kontroll ta' ħadd.


Emil Calleja Bayliss