Jeanesse Abela, mara kuraġġuża li żgur m’għandha bżonn l-ebda introduzzjoni, kitbet fuq il-paġna tagħha biex tispjega kif hi mhix differenti minn ħaddieħor minkejja li għandha diżabbiltà.

Hi kitbet fuq il-midja soċjali, “Kulħadd jieħu gost ikun imdawwar bil-ħbieb, anke jien. Kulħadd jiehu gost joħroġ mal-ħbieb, anke jien. Kulħadd jieħu gost jitkellem mal-ħbieb, anke jien. Kulħadd jieħu gost jifflirtja mal-ħbieb, anke jien. Kulħadd jieħu gost jidħak mal-ħbieb, anke jien. Ma jiswewx flus ġhalhekk kieku toffru dawn li semmejt lil min hu waħdu, kieku tagħmlu Milied aħjar lil kulħadd.”

Kliem profond li jġiegħlna nirriflettu dwar kemm -il darba assumejna li xi ħadd ma japprezzax dawn l’affarijiet sempliċiment għaliex għandu diżabbiltà. Nirringrazzjaw lil Jeanesse talli toffri dan il-kliem profond.

Facebook / Jeanesse Abela


Gabriella Borg