Dj Claytonic li huwa magħruf fix-xena mużikali tal-clubbing kiteb fuq facebook stqarrija li tista' tgħid ħierġa minn qalbi. Staqsa għaliex hemm anke mibegħda fuq ċerta ġeneru ta' mużika u hemm min jaħseb li ġeneru huwa aħjar minn ieħor tant li anke jipprova jwaqqgħu għaċ-ċajt?!

Isostni li kulħadd huwa differenti bil-gosti tiegħu u jekk ma jgħoġbokx ġeneru, sempliċi... Tisimgħux u ssegwieħx! Isemmi lista twila ta' stili differenti: techno, house, tech-house, melodic, deep house, progressive, trance... u l-lista ma tieqafx. Teżisti l-għażla u kulħadd jagħżel li jixtieq. Jgħid li hemm min iħobb il-mużika kummerċjali u jagħmlu sew. "Kieku ma kinitx il-mużika kummerċjali, il-mużika underground ma teżistix", kompla Claytonic.

Itemm billi jappella biex kulħadd iħobb il-mużika favorita tiegħu, hi x'inhi u jiffirma "Music is life... Peace." Imma possibbli anke fuq ġeneru ta' mużika naslu nxerrdu l-mibegħda??

Ritratt: Facebook/ Claytonic Cauchi


Clifford Galea