F'ritratt li tellgħu fuq Facebook, il-produzzjoni tas-serje Maltija The Women of George Cross Island kitbu: "Kulħadd kien f'sinna ta' dik ir-rota li żżomm kollox idur. Kull min ikkontribbwixxa m'għandu jintesa qatt!"

Komplew, "Aħna n-nisa llum qegħdin fuq spallejn dawk li ġew qabilna, li x-xogħol kontinwu tagħhom għen sabiex nilħqu stadju importanti fil-ġlieda lejn l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Jalla ma ninsewhomx u nkomplu l-legat tagħhom fit-trobbija tan-nisa li ġejjin warajna."

Fl-aħħar, stiednu lill-udjenza tagħhom sabiex jaqsmu r-ritratt biex l-ismijiet ta' dawn in-nisa storiċi ma jintesewx.

Facebook / The Women of George Cross Island


Bradley Cachia