Għalkemm dal-aħħar xhur kienu ta' sfida għal kulħadd, il-kantant Aidan Cassar irnexxielu xorta jsib dik il-ħaġa li anke meta jkun waħdu se tkun hemm lesta biex tgħinu jesprimi ruħu. Tkellimna miegħu dwar dawk il-mumenti u x'ħareġ minn dawk il-jiem li qatta' waħdu.
Fil-fatt illum nieda kanzunetta ġdida bl-isem ta' Somebody Like You, liema lirika li kiteb waqt li kien waħdu d-dar tul il-pandemija li laqtitna. "Din ktibtha waqt li kont kwarantina waħdi d-dar. Ovvjament... f'moħħi kelli dawk l-iżjed qrib tiegħi... u ħarġet il-frażi 'I'll never find somebody like you'".
Aidan jgħid li kellu anke avvanz fil-karriera tiegħu hekk kif iffirma kuntratt ma' kumpanija mużikali mir-Renju Unit.
Nawguraw lil Aidan aktar suċċessi u tassew nammirawh li anke fl-iżjed mumenti diffiċli rnexxielu joħroġ b'xogħol mużikali eċċellenti!