Kristen Abela ġiet uffiċjalment inkurunata bħala r-rebbieħa tat-tielet staġun ta' Brillanti, Brillanti Goes Musicals wara sensiela ta’ wirjiet spettakolari fit-Teatru Manoel – u ċertament wirjiet b'saħħithom matul il-kompetizzjoni kollha!

Kristen irnexxiela tikseb l-ewwel post bi sfida iebsa minn Clara Sciberras li ħadet it-tieni post u Paolo Micallef li spiċċa fit-tielet post ta' din il-kompetizzjoni.

Prosit kbira lil Kristen u lill-kontestanti kollha matul din il-kompetizzjoni! Ħerqana nistennew l-istaġun li jmiss ta' dan il-programm li joffru spazju lit-talent Malti sabiex jispikka. Min jaf lil min se naraw jieħu t-titlu li jmiss ta’ Brillanti!


Emil Calleja Bayliss