Għawwiema Amerikana jisimha Anita Alvarez ġiet salvata mill-għarqa mill-kowċ tagħha stess wara li sfortunatament intilfet minn sensiha waqt il- FINA World Aquatic Championships, ġewwa Budapest fl-Ungerija. 

Tista’ tgħid li l-kowċ kienet l-eroj tagħha hekk kif indunat li din f’daqqa waħda bdiet tegħreq ‘l isfel ftit qabel ma spiċċa l-att tagħha, u għalhekk qabzet għaliha u tellgħetha f’wiċċ l-ilma.  Il-kowċ, Andrea Fuentes, qalet li kellha tagħmel hekk għaliex il-lifeguards preżenti fil-post ma rreaġixxewx malajr biżżejjed, u li din kienet it-tieni darba li salvat lill-istess għawwiema/ 

Fortunatament, kollox għadda b'wiċċ il-ġid għaliex Alvarez sabet l-għajnuna medika meħtieġa ħdejn il-pixxina u kompliet tirċievi l-kura iktar tard. 

Ara partijiet minn din ix-xena erojka!


Marija Bellia