TVM għadhom kemm żvelaw li se jibda programm ġdid iffukat fuq l-imħabba. Dan il-programm se jibda mis-7 ta’ April u se jibda jintwera fuq TVM kull nhar ta’ Tnejn fl-22:15. Dan il-programm jismu ‘Koppja Doppja’.
Fuq il-paġna ta’ TVM kitbu, “Jekk inti single u qed tfittex sieħeb jew sieħba ideali għalik, applika biex tipparteċipa. Kollox se jiddependi fuq dak li ssaqsi u twieġeb.”
Huma speċifikaw li l-applikazzjonijiet li se jaċċettaw se jkunu biss ta’ min għandu ‘l fuq minn 18 -il sena. L-applikazzjonijiet huma miftuħin bħalissa!
Ibgħatu dan l-artiklu lil xi ħadd li jaf ikun interessat japplikka, ħalli jidħlu fiċ-ċans jiltaqgħu mal-imħabba ta’ ħajjithom! Eċċitati biex taraw dan il-programm intom?
Facebook / TVM