Il-paġna uffiċjali ta’ Puttinu Cares frekwentament taqsam mas-segwaċi tagħha ġesti sbieħ li jagħmlu n-nies.

Rose u Nicholas Formosa għalqu 50 sena miżżewġin u għamlu festin żgħir bejn il-familjari u l-ħbieb, u minn dan ġabru s-somma ta’ €5,325. “Kemm tgħallmuna bil-valuri sbiehħ tal-familja. Grazzi Rose u Nicholas nawgurawlkom snin ta’ imħabba flimkien” kitbu Puttinu fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook. Din is-somma żgur mhux forsi ser tgħin lil dawk il-familji fil-bżonn.

Fis-sezzjoni tal-kummenti bosta faħħru dan il-ġest sabiħ li għamlu l-koppja, u awgurawlhom għal dan l-anniversarju speċjali.


Nicole Zammit