Koppja Indjana ħarrket lil binha u lil binthom tar-rispett għar-raġuni li ma għamluhomx nanniet.  Huma saħqu li talli investew bis-sħiħ għall-edukazzjoni u t-tieġ ta’ binhom, għall-inqas ħaqqhom jieħdu lura mqar kumpens monetarju.   

Huma talbu li binhom u martu jkollhom wild fi żmien sena, inkella jkollhom jagħtuhom kumpens ta’ valur ta’ €620,000.  Barra minn hekk, offrew li jekk l-omm ma jkollix ħin għat-tarbija minħabba l-professjoni tagħha, huma lesti jieħdu ħsiebha, għax warakollox jgħaddu ftit il-ħin tagħhom ukoll!


Marija Bellia