Mhux l-ewwel darba li nħossuna ħażin bil-mod kif nidhru, u ta’ spiss insibu ruħna nhewdnu għaliex ma nidhrux mod ieħor jew għaliex nipprovaw kemm nipprovaw xejn donnu ma jinbidel. Għal din ir-raġuni, importanti li nfakkru lilna nfusna dwar l-affarijiet it-tajbin bi ħsieb kostruttiv, u għalhekk Sarah Buttigieg ħasset il-bżonn taqsam messaġġ dwar il-pożittività li jeħtieġ iżżomm fuq ġisimha.

Sarah

Instagram / @sassa.gal

Sarah, li tqis lilha nnifisha bħala attivista tas-saħħa mentali u tal-pożittività tal-ġisem, tuża l-pjattaformi tagħha fuq diversi midja soċjali sabiex ixxandar messaġġi ta’ attitudni ottimista, speċjalment dak li għandu x’jaqsam ma’ ġisimna u kif nidhru. Hija tisħaq fuq kif, fl-aħħar mill-aħħar, mhuwiex kif tidher li huwa importanti, iżda l-ewwel għandha tiġi s-saħħa tiegħek.

“Mindu bdejt it-taħriġ personali sirt aktar u aktar konxja ta’ kif jidher ġismi... kultant inħossni ħażin dwaru. [Imma] kultant inħossni b’saħħti u sabiħa bil-mod kif nidher. Importanti li nkun konxja ta’ kif jidher ġismi, u ma jfissirx li għandi nħoss li ma niswiex. Ifisser biss li għandi nieħu ħsieb saħħti wkoll... għandi naspira għal ġisem san, mhux ġisem ta’ ċertu daqs [partikolari].” – Sarah, fuq il-midja soċjali tagħha.

Sarah

Instagram / @sassa.gal

Barra mill-messaġġi ta’ pożittività, Sarah tuża l-pjattaforma tagħha online sabiex tibbloggja kemm bir-ritratti kif ukoll bil-filmati.

Instagram / @sassa.gal


Kurt Gabriel Meli