Il-psikologu Dr. Nicholas Briffa kiteb dwar xi punti li forsi ma tantx naħsbu dwarhom, għalkemm jitrattaw sentimenti li ngħaddu minnhom ta' spiss. L-effett li jħalli l-imbarazz fuqna nfusna.

Fost l-oħrajn Dr. Nicholas jispjega kemm l-imbarazz jikkawżalna l-ansjetà. Isemmi anke xi eżempji ta' dan:

"Oġġetti li m'għadekx tuża; Ħwejjeġ li m'għadhomx joġgħbuk jew li ilek ma tilbes għal żmien twil; Oġġetti mkissra; Ittri u noti qodma; Pjanti mejta jew morda; Irċevuti u rivisti antiki; Żraben mikula u mqatta' bl-użu; Kwalunkwe tip ta' affarijiet inutli li jfakkruna fil-passat; Jekk għandek tfal, logħob u ġugarelli li ma jużawx, ma jaħdmux jew imkissra"

Meta teħles minn dan l-imsemmi imbarazz, inti tgawdi minn saħħa mentali sana, tħossok aktar kreattiv u kalm, kif ukoll jitjiebu r-relazzjonijiet ma' ta' madwarek.

Isemmi wkoll x'għandek tistaqsi lilek innifsek meta tara li għandek ħafna oġġetti l'hawn u l'hemm, u tiddeċiedi liema huma bżonnjużi verament u liema tista' toqgħod mingħajrhom.

Hu tajjeb li anke tissepara l-affarijiet li għandek ġod-dar bħal per eżempju, dawk li se tagħti donazzjoni, li se tarmi, li se tbiegħ kif ukoll li se tagħti bħala rigal. 

Dr. Nicholas jikteb li, "L-ordni u l-indafa ta' ġewwa taffettwa dik ta' barra." Ara aktar fil-post tiegħu fejn spjega fid-dettall:


Kyle Zarb