Jekk għandek’ il fuq minn għoxrin sena mela suppost tiftakar il-qabru fuq il-munita tal-ħames ċenteżmi! Dan il-granċ tal-ilma ħelu spiċċa fuq il-5ċ tal-muniti Maltin peress li huwa endemiku, jiġifieri jinstab biss fil-gżejjer Maltin. Fil-fatt, l-isem bl-Ingliż ta’ dan il-granċ hu Maltese freshwater crab.

View this post on Instagram

A post shared by BirdLife Malta (@birdlife_malta) on

Fejn jgħix? Dan il-granċ jgħix f’imkejjen fejn hemm l-ilma ġieri s-sena kollha u minħabba f’hekk, l-ambjent naturali tiegħu hu limitat ħafna. Issibu dejjem qrib xi nixxiegħa tal-ilma, qalb il-ħaxix jew għall-kenn taħt xi ġebla. Huwa jħaffer toqob fit-tajn jew tafal ħalli jkun jista’ jaħrab in-nixfa jew għal meta jħossu mhedded. Il-qabru kapaċi jiekol varjetà ta’ ikel, bħal weraq u frott, kif ukoll annimali żgħar bħal insetti, bebbux u mrieżep. In-nisa jitgħammru fir-Rebbiegħa, u l-frieħ ifaqqsu fis-Sajf.

Kif din l-ispeċi saret daqshekk rari? Il-qabru sar rari mhux biss għax għandu bżonn l-ilma s-sena kollha, iżda anki minħabba li l-ambjent naturali tiegħu qiegħed jinqered, kif ukoll qed isofri minn kompetizzjoni ma’ speċi aljeni u invażivi. Fil-passat kien xi drabi jinqabad għall-ikel jew jinqatel min-nies.

View this post on Instagram

A post shared by Maria Christina Mifsud (@mcmifsud) on

Il-qabru, minbarra li hu mħares bil-liġi, ġie ddikjarat bħala l-Invertebrat Nazzjonali fl-2018.

Din hi ġabra ta' informazzjoni grazzi għall-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA - era.org.mt).

MC Mifsud / Birdlife / Instagram


Anthony Baldacchino