Lil Karin Duff niftakruha b’mod speċjali mill-ewwel audition li kellha fl-ewwel staġun ta’ X Factor Malta, meta rnexxielha tisraq il-qlub tal-membri tal-ġurija. Dakinhar l-interpretazzjoni tagħha rebħitha erba’ IVA.

Karin minn dak iż-żmien kompliet tevolvi, tavvanza u taħdem fuq mużika oriġinali. Il-karriera ta’ Karin tista’ tgħid baqgħet sejra dejjem għall-aħjar, u permezz ta’ din il-passjoni li għandha għall-mużika, il-kantanta jirnexxielha tgħaqqad dak li tkanta mal-ħajja personali tagħha.

cv

Skont il-kummenti li tat hi, dak li ġara fl-aħħar kanzunetta li ħarġet Confidence. “Hi dwar li tkun dak li int u tagħmel dak li tagħmel għalik innifsek. Kont qed niffoka fuq l-iżvilupp tiegħi innifsi dal-aħħar, u dan ifisser li nitlaq dak kollu li mhux ta’ ġid għalija, inklużi relazzjonijiet tossiċi. Ikolli ngħid li qatt ma ħassni daqshekk tajba, u dak li titkellem dwaru Confidence.”

Karin nediet il-kanzunetta Confidence u ppubblikat il-vidjo mużikali għaliha fl-1 t’Ottubru li għadda. Karin timmira li dejjem tkun ta’ ispirazzjoni għal ħaddieħor fejn kull min jisma’ l-mużika tagħha, jirrelata wkoll. Prosit u awguri Karin!


Kyle Zarb