Fuq intervista li kellha minn Owen Bonnici fuq il-programm Prime Time, il-ġurnalista Trischia Falzon żvelat li reġgħet daħlet lura l-università biex tistudja għal counsellor.

“Is-sabiħ tal-ġurnaliżmu huwa li jlaqqak ma’ kull aspett tas-soċjetà. F’kull storja li rraportajt naħseb l-iktar settur għal qalbi huwa s-settur soċjali. Għaldaqstant ħassejt li kelli nidħol għal xi ħaġa soċjali.”

Apparti minn hekk, Trischia qalet ukoll li kien hemm affarijiet personali li għinuha tasal għal din id-deċizjoni. 

trischia
Ritratt:Facebook/Trischia Falzon

“Meta kont fl-iskola sekondarja kien hemm mumenti xejn sbieħ fejn kont niġi bullied, u dak iż-żmien sibt għajnuna kbira mingħand il-counsellors.”

Hi qalet li minħabba f’hekk, issa tixtieq tkun dik il-persuna li ż-żgħazagħ iħarsu lejha bħala mezz ta’ għajnuna f’ħajjithom.

Facebook/Trischia Falzon


Nicole Barbara