Dawk li jsegwu s-serati u l-mudelli ta’ Ivan Gaffiero persważ li jafu min hi Francesca Rausi, tifla ċkejkna li għal qalba għanda ferm l-immudellar. Iżda riċentament ħadet sehem magħha wkoll ommha Michelle, li dejjem kienet taħseb li qatt mhi ser timmudella.
Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Michelle qalet, “Kont ngħid li f’ħajti qatt ma nimmudella, iżda meta Francesca saret taf li għal Mother’s day nista nimmudella magħha, tant ferħet, li ma stajtx ngħidilha le. Ara vera sewwa jgħidu, għal uliedek tagħmel kollox. Għamiltili Gaffiero Ivan, ħaħa! Grazzi kbira ta’ kull opportunita li tagħti lil Francesca.”
Facebook/Michelle Rausi