F’kitba fuq The New York Times, id-Dukessa ta’ Sussex Meghan Markle, ħabbret li hi u l-Prinċep Harry tilfu t-tieni tarbija tagħhom.

B’mod li jqajjimlek ġismek xewk xewk, hi kitbet x’ġara eżatt: “Wara li biddilt il-ħarqa (tat-tifel), ħassejt bugħawwieġ qawwi. Inżilt mal-art bih f’idejja, nkanta lullaby biex inżomm lilna t-tnejn kalmi. Kont naf, hekk kif qbadt l-ewwel tarbija tiegħi, li kont qed nitlef it-tieni.”

“Siegħat wara, kont qiegħda f’sodda l-isptar, inżomm id żewġi. Ħassejt l-għafsa tal-pala tiegħu u bistlu jdejh, imxarrba bid-dmugħ tagħna. Waqt li kont qed inħares lejn il-ħitan bojod kesħin, għajnejja ddemmgħu. Ppruvajt nimmaġina kif se nfiequ.”

“Bilqiegħda f’sodda tal-isptar, nara qalb ir-raġel tiegħi tinqasam waqt li pprova jżomm il-biċċiet tiegħi mfarrka, indunajt li l-uniku mod biex nibew infiequ huwa li l-ewwel nistaqsi, “Int OK?”


Nicole Barbara