Quinton Scerri bħalissa qed narawh ta' kuljum jippreżenta l-programm TVAM ta' kull filgħodu flimkien ma' Clara Farrugia. Ftit tal-jiem ilu, kelna ċ-ċans li nitkellmu ftit miegħu. Fost is-suġġetti li ddiskutejna kien hemm il-fatt li hu kien iservi fil-kunsill! Xi ħaġa li llum il-ġurnata m'għadux jagħmel!

Ritratt: Facebook / Quinton Scerri

Hu jistqarr magħna, "Wara dak li għaddejt minnu insibha diffiċli ħafna. Kont muġugħ u għaddejt minn żmien diffiċli. Illum ħfirt u mxejt 'il quddiem – iż-żminijiet jinbidlu, jgħallmuk u jġibu magħhom opportunitajiet ġodda." Meta mistoqsi jekk għadx jirritorna hu jgħidilna, "kif jgħidu never say never."

Kull min jaf lil Quinton jaf kemm iħobb lil Malta! Aħna staqsejnieh x'jixtieq li jara jinbidel f'pajjiżna! It-tweġiba kien waħda interessanti ferm, "Nixtieq ħafna li f’pajjiżna ma nibqgħux nindottrinaw lill-pubbliku. Ix-xandir għandu jkun aktar ġenwin bl-intenzjoni li jgħallem u jeduka u mhux biss jinfluwenza. Nemmen li għandna ħafna xandara ta’ rieda tajba li jistħoqilhom aktar spazju biex jgħamlu dan possibbli."

Ritratt: Facebook / Quinton Scerri

Hu jkompli, "Malta li naf jien hija Malta pożittiva. Malta li fi ħdana għandha ħafna nies li jħabbirku biex huma u l-familji tagħhom jgħixu aħjar, b’inqas għira lejn xulxin bil-ħsieb li nittolleraw aktar, ngħinu aktar lil ta’ madwarna u nibżgħu għal dak li għandna." Allura għaliex dan il-messaġġ; hu jagħlaq billi jgħidilna, "Dan l-aħħar nħoss li inqasna ħafna minn dan u hemm bżonn li nerġgħu ningħaqdu flimkien bl-intenzjoni li verament u mhux bil-paroli ngħożżu aktar lil Malta u lil Maltin."

Żgur li messaġġ li sabiħ li wieħed iħaddan u jaħdem sabiex jara li l-affarijiet dejjem jimxu fuq nota pożittiva!

Facebook / Quinton Scerri


Clifford Galea