‘The People of Malta’ hija paġna li tagħmel l-intervisti madwar Malta biex taqsam l-istejjer uniċi tal-Maltin u l-Għawdxin. Ilbieraħ il-paġna għażlet li taqsam l-istorja ta’ Paċikk, xwejjaħ ħelu li jgħallimna nieħdu l-ħajja ġurnata b’ġurnata.
Paċikk spjega, “Jien ma noqgħodx ninkwieta fuq il-ħajja. Jagħmel Alla mbagħad! Inqum filgħodu, niġi nieħu belgħa te. Minn dejjem naħdem fir-raba’. Wara mmur id-dar, insajjar. Bqajt ġuvni. Kont mort l-Awstralja, għamilt 8 snin u nżilt lura għax missieri kien qed imut. Ma jiddispjaċinix li ġejt lura.”
Tajjeb nitgħallmu mingħand Paċikk u nħallu r-riedni tal-ħajja f’idejn Alla filwaqt li ngawdu kull mument ġurnata b’ġurnata.
Facebook / The People of Malta