Kemm hu sabiħ naraw il-lingwa tagħna tiġi mitkellma aktar, anke fuq programmi li forsi kbirna magħhom. Kienet ħaġa ferm sabiħa għal bosta tfal u adulti li jaraw Peppa Pig bil-lingwa Maltija. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Għidha bil-Malti qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn dwar dan.
Huma qalu, “Rajt dan l-ewwel episodju ta' Peppa Pig bil-Malti - diġà kont lest biex ninżel nistaħba taħt l-iskrivanija, iżda le, ma ġratx! Sorpriża tassew kbira din! Id-djalogu naturali, il-kliem ċar u l-uniku dispjaċir li għandi hu li t-tfal tiegħi issa qed jikbru għal Peppa Pig. Ma jimporta xejn, issa joqgħod jarah il-papà bil-Malti!”
Żiedu jgħidu, “Prosit tassew Media Exclusive, għamiltu biċċa xogħol eċċellenti u qed nittama li dan l-isforz jissarraf f'aktar imħabba f'qalb it-tfal għal ilsien pajjiżhom.”