"Dażgur! Jien bdejt bħala kantant. Kont ngħid li l-kant ma joġgħobnix imma n-nanna Grezz dejjem xtaqitni nkanta". Hekk kien qalilna d-Dj popolari Joseph Armani. 

Hemm hu! Kellu madwar 5/6 snin f'dak ir-ritratt b'Mariella Pace Asciak kienet l-għalliema tal-kant tiegħu. Dakinhar kien kanta 'Għażiża ommi'. Kien meta mietet in-nanna tiegħu li beda l-karriera tal-kant u kien ikaxkar kull festival li jidħol! Dejjem kien jiġi fl-ewwel post! 

"F’dawn il-festivals dejjem kont niġi l-ewwel. Ġieli xħin ikunu għajtu t-tieni post kont inkun diġà tlajt fuq il-palk biex nieħu t-trofew tal-ewwel. Irnexxieli nirbaħ 19-il darba konsekuttivament! Mal-20 darba żgarrajna. Hekk kif qalu t-tieni post, jien tlajt bħas-soltu biex nieħu t-trofew. Imma ma għajtux ismi! Minflok ghajtu ‘JOSEPH BARBARA”.

U dik kienet l-aħħar darba li kien kanta Joseph Armani!


Anthony Baldacchino