Illum Ivan Gaffiero kellu kelmtejn verament sbieħ x’jaqsam mas-segwaċi tiegħu hekk kif mar iżur il-Madonna tal-Girgenti li tfisser ħafna għalih, u ftakar dwar kemm talab quddiemha fl-iktar żminijiet diffiċli ta’ ħajtu.

Hu qal fuq il-paġna tiegħu Ma'Gaffiero, “Bonġu ħbieb, illum ninsab hawnhekk għall-kwiet fejn il-Madonna tal-Girgenti... min jaf kemm ġejt hawnhekk jiena għal diversi snin meta kont f’dawk il-mumenti daqshekk ibsin ta’ ħajti. Kemm -il darba ġejt hawnhekk u nibki għaliex meta int tkun għaddej minn żmien diffiċli, tibki. Kont inħares lejn il-Madonna u ngħidilha ‘għinni’. Imma dejjem kelli dik il-fiduċja li xi darba tista’ tgħinni. Kien hemm dak iż-żmien li forsi qisni nissuppervja u ngħid għaliex mhux tismgħani?”

Hu kompla jgħid, “Ġejt f’dan il-post nirringrazzja lill-Madonna ta’ kemm għamlet miegħi, ta’ kemm semgħatni, imma ma kinitx xi ħaġa li tlabtha f’minuta u wasal kollox. Ili devot tal-Madonna tal-Girgenti għal madwar 20 sena u naħseb iktar pero ġejt iktar qrib tagħha fil-mumenti meta sseparajt u fl-iktar mumenti diffiċli tiegħi.”

Hu spjega, “Imbagħad bdejt ngħid, il-Madonna ma tistax tagħmel il-mirakli waħedha, int ukoll trid tagħmel il-mirakli tiegħek, u bdejt ngħin lili nnifsi. Bdejt inqum minn hemm, bdejt niġġieled mal-ħajja tiegħi, u dak kollu li bdejt nagħmel l-affarijiet bdew jiġru tajbin u bdejt niġi hawnhekk ngħidilha grazzi Madonna.”

Hu spjega li b’dan il-messaġġ xtaq li aħna nifhmu li l’affarijiet mhux se jiġru waħedhom. Inti trid tagħmel ħiltek fil-ħajja għaliex minkejja li t-talb huwa sabiħ, għandekk bżonn il-fidi wkoll.

Facebook / Ma'Gaffiero


Gabriella Borg