Lorinda Mamo kitbet fuq il-paġna 'abirdwithafrenchfry' dwar xi ħaġa eċċitanti li għadhom kemm esperjenzaw, u fl-aħħar binha qata' xewqa kbira tiegħu. Hi ġabet filmat tat-tifel tagħha jagħżel il-ħut f’ħanut tal-annimali u jgħaqqad flimkien akwarju biex ikollu fejn ipoġġi l-annimali akwatiċi ġodda tiegħu.
Lorinda kitbet, “Kien vera eċċitat dwar din u kienet waħda mill-affarijiet li ma setax jieqaf jitkellem dwarha waqt li kien l-isptar. Kemm jien ferħana li fl-aħħar għaqqad kollox flimkien. Dejjem kellu passjoni kbira għall-annimali tal-baħar u nħobb li l-imħabba tiegħu baqgħet hemm. Affarijiet sbieħ. Kont ili xi ftit żmien ma nara dik it-tbissima.”
Nawgurawlhom f’din l-avventura ġdida. It-tbissima fuq fommu tgħid kollox!
Instagram / @abirdwithafrenchfry