L-istillista tal-moda Gaetano qasam fuq il-meżżi soċjali tiegħu ħsieb personali. Gaetano jistqarr li... "qatt ma kont wieħed li ngerger għax kont boċċu ...dejjem addatajt għall-figura tiegħi". Iżda mis-sena l-oħra l' hawn Gaetano għadda minn ħafna affarijiet li rrealiżża li f'ħajtu kien hemm bżonn bidla għax kif jgħid hu ... "kont ħa nispiċċa ħażin aktar milli kont". 

Gaetano jaqsam 2 punti. 

  1. Dippressjoni u anzjetà - Geatano jgħid li... "ħafna jaħsbu li d-dipressjoni u l-anzjetà tinsab fin-nisa u meta r-raġel ifettillu jiftaħ qalbu jgħidulu "Man Up", ...ma tafux x'iġifieri meta jkollok kemm trid ħbieb u s-sapport tal-familja u l-partner jgħadurak u xorta tħossok waħdek". 
  2. Stress żejjed - l-istillista jaċċena billi jgħid .. "Kemm fuq ix-xogħol, kif ukoll fil-ħajja personali dejjem issibb x'jistressjak, tiġi f'sitwazzjonijiet fejn ikollok aptit tqatta' xagħrek". 

imma fl-aħħar Gaetano jħeġġeġ lin-nies biex iqumu minn hemm. 

"Trid tagħlaq għajnejk u vera temmen fik innifsek u tiġġieled u tgħid Daqshekk". 

Kliem sbieħu b'saħħihom. Proset Gaetano talli qsamt dawn l-affarijiet magħna. 

Gaetano / Facebook


Anthony Baldacchino