Il-ġimgħa l-oħra, Nicholas Borg Bonaci talab għat-talb għall-ħabiba tiegħu Antonella Rogers li telgħat għall-intervent ġewwa r-Renju Unit. Antonella żammet kuntatt mal-għeżież tagħha permezz tal-profil ta' Facebook.

Ilbieraħ hi kitbet, "Kont, għadni u se nibqa' kuraġġuża sat-tmiem. Ħadd u xejn mhu ħa jwaqqafni." F'messaġġ ieħor, ilbieraħ stess hi qalet, "Jekk taqta' qalbek ma tasal imkien. Bħalna l-Maltin m'hawn imkien. Imħabbitna tibqa' flimkien."

Ħsieb importanti ieħor li qasmet kien, "ħares biss 'il quddiem bħaż-żwiemel! Dak li kien kien u li sar sar, min dak għandna issa ridu u ma rridux, dak li ma tistax tbiddel għalxejn teħel miegħu kulma tkun qed tagħmel taħli l-ħin!"

Hi żżid, "Il-ħin użah biex tgħix illum, għix il-mument, taqtax qalbek ħares biss lura biex tara kemm imxejt 'il quddiem fil-ħajja issa bis-sewwa jew bid-dnewwa wasalt! Kieku ma wasaltx mhux qed taqra dan il-messaġġ. Fejn hemm il-ħajja hemm it-tama, tħarisx lejn għada jew pitgħada. Għix illum u ħsieb mill-inqas!"

Hi kitbet ukoll, "Grazzi tal-imħabba li qed nirċievi minn Malta. M'għandix kliem ħlief grazzi mill-qalb."


Gwida.mt